Radju Ghazziela, ir-radju tal-komunita parrokkjali taz-Zebbug - Ghawdex.
Fir-rahal taz-Zebbug Ghawdex, kien ilu jinhass in-nuqqas ta' holqa li tghaqqad lill-parrocca ma' dawk kollha li ghal xi raguni ma jistghux jattendu ghac-celebrazzjonijiet jew attivitajiet li jigu organizzati mill-istess parrocca. Kien ghalhekk li f'April 2019 instemghet l-ewwel xandira minn Radju Ghazziela, radju ntenzjonat primarjament li jilhaq l-ghan hawn fuq imsemmi, barra li jeduka, jinforma u jiddeverti lil dawk kollha li jaghzlu li jsegwuh, b'mod specjali lill-Ghawdxin Zebbugin.